02:22
ros-ann
648
Mt 20:20-28 -- 'Can you drink the cup that I am going to drink?' - 'Il-kalċi tiegħi tixorbuh.' JULY 25 - Saint James, Apostle. Feast 25 ta’ Lulju - Sant Ġakbu, Appostlu. Festa Evanġelju Il-kalċi tiegħi …Aktar
Mt 20:20-28 -- 'Can you drink the cup that I am going to drink?' - 'Il-kalċi tiegħi tixorbuh.'

JULY 25 - Saint James, Apostle. Feast
25 ta’ Lulju - Sant Ġakbu, Appostlu. Festa


Evanġelju
Il-kalċi tiegħi tixorbuh.
Mt 20:20-28

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien: [Mt:20:20] Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew flimkien ma' wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. [Mt:20:21] "Xi trid?" staqsieha. U hi qaltlu: "Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek."

[Mt:20:22] Imma Ġesù wieġeb u qal : "Ma tafux x'intom titolbu. Għandkom il-ħila tixorbuh l-kalċi li għandi nixrob jien?" "Għandna," qalulu. [Mt:20:23] "Il-kalċi tiegħi tixorbuh tassew," qalilhom, "imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew ix-xellug tiegħi, din mhix ħaġa tiegħi biex nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom kienet imħejjija minn Missieri."

[Mt:20:24] Il-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, inkorlaw għaż-żewġt aħwa. [Mt:20:25] Imma Ġesù sejħilhom u qalilhom: “Tafu intom, il-kapijiet tan-nazzjonijiet jaħkmu fuqhom, u l-kbarat iħaddmu s-setgħa tagħhom fuqhom. [Mt:20:26] Fostkom m’għandux ikun hekk; imma min fostkom irid ikun kbir, għandu jkun qaddej tagħkom, [Mt:20:27] u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu joqgħod l-ilsir tagħkom. [Mt:20:28] Hekk ukoll Bin il-bniedem; hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra”.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.

.