02:01
ros-ann
732
Mt 24:4-13 -- Signs of the End of the Age, Persecution - Beware -- Il-bidu tat-tbatijiet. JUNE 30 - The First Martyrs of the see of Rome - PROPER GOSPEL Evangelju Mt 24, 4-13 Qari mill-Evangelju skont …Aktar
Mt 24:4-13 -- Signs of the End of the Age, Persecution - Beware -- Il-bidu tat-tbatijiet.

JUNE 30 - The First Martyrs of the see of Rome - PROPER GOSPEL

Evangelju
Mt 24, 4-13

Qari mill-Evangelju skont San Mattew

F'dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mt:24:4] "Araw li ħadd ma jqarraq bikom. [Mt:24:5] Għax għad jiġu ħafna f'ismi u jgħidu 'Jien hu l-Messija,' u jqarrqu b'ħafna nies. [Mt:24:6] Għad tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u xnigħat ta' gwerer. Iftħu għajnejkom u titħawwdu xejn, għax dan jeħtieġ li jiġri, imma għadu m'huwiex it-tmiem. [Mt:24:7] Għax għad iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna, ikun hawn ġuħ kbir, u l-art titheżheż f'ħafna bnadi. [Mt:24:8] Dan kollu jkun il-bidu ta' tbatija kbira. [Mt:24:9] Mbagħad jagħtukom f'idejn min iħabbatkom u joqtolkom; u l-ġnus kollha jsiru jobogħdukom minħabba f'ismi. [Mt:24:10] U jkun hemm ħafna li jitfixklu, li jittradixxu lil xulxin u jinbagħdu bejniethom. [Mt:24:11] Iqumu bosta profeti foloz u jqarrqu b'ħafna nies. [Mt:24:12] Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f'ħafna. [Mt:24:13] Imma min jibqa' jżomm sħiħ sa l-aħħar, dan isalva.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.