01:51
ros-ann
506
1 Corinthians 6:1 11 --- 1 Korintin 6:1-11 1st READING - TUESDAY OF WEEK 23 IN ORDINARY TIME 6. Quddiem il-qrati pagani [1Kor:6:1] Hemm xi ħadd fostkom li, meta jkollu xi jgħid ma' ħaddieħor, għandu …Aktar
1 Corinthians 6:1 11 --- 1 Korintin 6:1-11

1st READING - TUESDAY OF WEEK 23 IN ORDINARY TIME
6. Quddiem il-qrati pagani
[1Kor:6:1] Hemm xi ħadd fostkom li, meta jkollu xi jgħid ma' ħaddieħor, għandu l-ħila jfittex il-ġustizzja għand il-pagani u mhux għand il-qaddisin? [1Kor:6:2] Jaqaw ma tafux li l-qaddisin għad jagħmlu ħaqq mid-dinja? U jekk id-dinja għad irid isirilha ħaqq minnkom, ma jixirqilkomx intom tagħmlu ħaqq minn ħwejjeġ ta' xejn? [1Kor:6:3] Ma tafux li aħna għad nagħmlu ħaqq mill-anġli? Kemm iktar, mela, mill-ħwejjeġ ta' din il-ħajja! [1Kor:6:4] Mela, meta intom ikollkom xi tgħidu bejnietkom fuq ħwejjeġ ta' din il-ħajja, tqegħdux imħallfin lil dawk li huma mistmerra mill-Knisja! [1Kor:6:5] Dan qiegħed ngħidu għall-mistħija tagħkom; jaqaw ma għandkomx fostkom xi ħadd għaref li jista' jagħmel ħaqq bejn l-aħwa? [1Kor:6:6] Imma l-aħwa jħarrku 'l xulxin, u dan quddiem il-pagani! [1Kor:6:7] U m'hux ġa nuqqas għalikom li jkollkom kawżi bejnietkom? L-għala ma ssofrux l-inġustizzja? L-għala ma tagħżlux li tħallu min iqarraq bikom? [1Kor:6:8] Mhux dan biss, imma l-inġustizzja tagħmluha intom stess, u tqarrqu bl-oħrajn, u dan lil ħutkom! [1Kor:6:9] Ma tafux li l-inġusti ma jirtuhiex is-saltna ta' Alla? La titqarrqux! La żienja, la idolatri, la adulteri, la effeminati, la omosesswali, [1Kor:6:10] la ħallelin, la rgħiba, la skaren, la qassiesa fuq in-nies, la ħattafa, ma jirtu s-saltna ta' Alla! [1Kor:6:11] U minn dawn kienu xi wħud minnkom. Imma issa tnaddaftu, tqaddistu u ġejtu ġġustifikati fl-isem ta' Sidna Ġesù Kristu u fl-Ispirtu ta' Alla tagħna.