02:51
ros-ann
524
Mt 17:14-20 -- Jesus heals a demon-possessed boy - Ġesù jfejjaq tifel u jeħilsu mix-xitan. --- If your faith were the size of a mustard seed, the mountain would move --- SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK …Aktar
Mt 17:14-20 -- Jesus heals a demon-possessed boy - Ġesù jfejjaq tifel u jeħilsu mix-xitan.

--- If your faith were the size of a mustard seed, the mountain would move ---
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 18 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Kieku għandkom il-fidi ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir.
Mt 17, 14-20

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:17:14] resaq fuq Ġesù wieħed raġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: [Mt:17:15] "Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b'tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa' jew fin-nar jew fl-ilma. [Mt:17:16] Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejjquh." [Mt:17:17] Wieġeb Ġesù u qal: "Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli hawn." [Mt:17:18] Mbagħad Ġesù hedded bis-sħiħ lix-xitan, u dan ħareġ minnu, u minn dak il-ħin stess it-tifel fieq.

[Mt:17:19] Wara mbagħad id-dixxipli resqu lejn Ġesù għalihom weħidhom u qalulu: "L-għala aħna ma rnexxilniex inkeċċuh?" [Mt:17:20] U hu qalilhom: "Minħabba l-fidi żgħira tagħkom! Għax tassew ngħidilkom, li kieku għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din il-muntanja, 'Warrab minn hawn u mur hemm', u hi kienet twarrab; u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.