01:51
ros-ann
441
Mt 13:10-17 -- the purpose of the parables - Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. --- Prophets and holy men longed to hear what you hear --- …Aktar
Mt 13:10-17 -- the purpose of the parables - Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti.

--- Prophets and holy men longed to hear what you hear ---
THURSDAY GOSPEL OF WEEK 16 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti.
Mt 13, 10-17

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:13:10] resqu lejn Ġesù id-dixxipli u staqsewh: "Għaliex tkellimhom bil-parabboli?" [Mt:13:11] Hu weġibhom: "Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. [Mt:13:12] Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. [Mt:13:13] Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux. [Mt:13:14] U hekk isseħħ fihom il-profezija ta' Isaija li tgħid,
"Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux,
u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx.
[Mt:13:15] Għax il-qalb ta' dan il-poplu twebbset:
kienu tqal biex jisimgħu b'widnejhom,
u għalqu għajnejhom li ma jmorrux jaraw b'għajnejhom,
u jisimgħu b'widnejhom, u jifhmu b'moħħhom,
u hekk ibiddlu ħajjithom u jiena nfejjaqhom."

[Mt:13:16] "Intom, iżda, henjin għajnejkom, għax qegħdin jaraw; henjin widnejkom, għax qegħdin jisimgħu. [Mt:13:17] Tassew, ngħidilkom, li bosta profeti u nies ġusti xtaqu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx, u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom u ma semgħuhx!

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.