00:59
ros-ann
464
Lk 6:20-26 -- Blessings and Woes - Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom, intom l-għonja. WEDNESDAY OF WEEK 23 IN ORDINARY TIME --- Evanġelju Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom, intom l-għonja. …Aktar
Lk 6:20-26 -- Blessings and Woes - Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom, intom l-għonja.

WEDNESDAY OF WEEK 23 IN ORDINARY TIME ---

Evanġelju
Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom, intom l-għonja.
Lq 6, 20-26

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:6:20] Ġesù rafa' għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:

Ħenjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t'Alla.

[Lq:6:21] Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin.
Ħenjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew.

[Lq:6:22] Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina. [Lq:6:23] Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijiethom ill-profeti.

[Lq:6:24] Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadtuh.

[Lq:6:25] Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin, għax għad tkunu bil-ġuħ.
Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax għad tnewwħu u tibku.

[Lq:6:26] Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti foloz!

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.