02:22
ros-ann
729
Jn 5:17-30 -- The Authority of the Son - Is-setgħa ta' l-Iben...... WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 4 OF LENT --- --- The dead will hear the voice of the Son of God, and all who hear it will live --- Evanġelju …Aktar
Jn 5:17-30 -- The Authority of the Son - Is-setgħa ta' l-Iben......

WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 4 OF LENT ---
--- The dead will hear the voice of the Son of God, and all who hear it will live ---

Evanġelju
Bħalma l-Missier iqajjem lill-mejtin u jagħtihom il-ħajja, hekk ukoll l-Iben jagħti l-ħajja lil dawk li jrid hu.
Ġw 5, 17-30

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-ġemgħa tal-Lhud: [Ġw:5:17] "Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll." [Ġw:5:18] U minħabba f'hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla.

[Ġw:5:19] Ġesù qabad u qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista' jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu. [Ġw:5:20] Għax il-Missier lill-Iben iħobbu u jurih kull ma jagħmel, anzi ħwejjeġ akbar minn dawn jurih, ħalli jkollkom biex tistagħġbu. [Ġw:5:21] Għax bħalma l-Missier iqajjem lill-mejtin u jagħtihom il-ħajja, hekk ukoll l-Iben jagħti l-ħajja lil dawk li jrid hu. [Ġw:5:22] Il-Missier ma jagħmel ħaqq minn ħadd, imma ħalla f'idejn l-Iben biex jagħmel il-ħaqq kollu hu, [Ġw:5:23] biex kulħadd jagħti ġieħ lill-Iben bħalma jagħti ġieħ lill-Missier; u min ma jagħtix ġieħ lill-Iben anqas ma jagħti ġieħ lill-Missier li bagħtu.

[Ġw:5:24] Tassew tassew ngħidilkom li min jisma' kelmti u jemmen f'min bagħatni għandu l-ħajja ta' dejjem, u ma jsirx ħaqq minnu, imma għadda mill-mewt għall-ħajja. [Ġw:5:25] Tassew tassew ngħidilkom li tiġi siegħa, anzi issa hi, meta l-mejtin jisimgħu l-leħen ta' l-Iben ta' Alla, u dawk li jisimgħuh jgħixu. [Ġw:5:26] Għax bħalma l-Missier għandu l-ħajja fih innifsu, hekk ukoll ta lill-Iben li jkollu l-ħajja fih innifsu, [Ġw:5:27] u tah ukoll is-setgħa li jagħmel ħaqq, għax hu Bin il-bniedem. [Ġw:5:28] Tistagħġbux b'dan; tiġi siegħa meta dawk kollha li jkunu fl-oqbra jisimgħu leħnu [Ġw:5:29] u joħorġu; dawk li jkunu għamlu t-tajjeb iqumu għall-ħajja, imma dawk li jkunu għamlu l-ħażin iqumu għall-kundanna.

[Ġw:5:30] "Jiena ma nista' nagħmel xejn minn rajja; il-ħaqq nagħmlu fuq dak li nisma', u l-ħaqq li nagħmel jien huwa ġust, għax jien ma nfittixx ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.