01:25
ros-ann
441
Jn 6:41-51 -- The Bread from Heaven - Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, li niżel mis-sema. --- Anyone who eats this bread will live for ever --- IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 19 IN ORDINARY TIME Evanġelju …Aktar
Jn 6:41-51 -- The Bread from Heaven - Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, li niżel mis-sema.

--- Anyone who eats this bread will live for ever ---
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 19 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, li niżel mis-sema.
Ġw 6, 41-51

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dan iż-żmien, [Ġw:6:41] Il-Lhud bdew igergru fuq Ġesù għax kien qal: "Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema.' [Ġw:6:42] U bdew jgħidu: "Dan m'huwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u 'l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, 'Jiena nżilt mis-sema'?"

[Ġw:6:43] Ġesù weġibhom: "Toqogħdux tgorru bejnietkom. [Ġw:6:44] Ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:45] Hemm miktub fil-Profeti, 'U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.' Mela kull min jisma' lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. [Ġw:6:46] Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. [Ġw:6:47] Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta' dejjem.

[Ġw:6:48] Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. [Ġw:6:49] Missirijietkom kielu l-manna fid-deżert, u mietu; [Ġw:6:50] dan hu l-ħobż nieżel mis-sema, biex min jiekol minnu ma jmutx.

[Ġw:6:51] Jiena hu l-ħobż tal-ħajja, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.