08:23
Elisha9821
13.3K
Being shrewd (Luke 16, 1-8) B9 Christ speaks of true shrewdness - setting the right goals and taking the means to attain them (Friday of the thirty first week in Ordinary Time, B9, Luke 16, 1-8)More
Being shrewd (Luke 16, 1-8) B9

Christ speaks of true shrewdness - setting the right goals and taking the means to attain them (Friday of the thirty first week in Ordinary Time, B9, Luke 16, 1-8)
ros-ann
FRIDAY GOSPEL OF WEEK 31 IN ORDINARY TIME
16. L-amministratur moħħu jilħaqlu
[Lq:16:1] Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: "Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. [Lq:16:2] Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, 'Dan x'inhu li qiegħed nisma' fuqek? Agħtini kont ta' l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa' iżjed amministratur tiegħi …More
FRIDAY GOSPEL OF WEEK 31 IN ORDINARY TIME
16. L-amministratur moħħu jilħaqlu

[Lq:16:1] Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: "Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. [Lq:16:2] Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, 'Dan x'inhu li qiegħed nisma' fuqek? Agħtini kont ta' l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa' iżjed amministratur tiegħi.' [Lq:16:3] L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, 'Issa x'sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? Immur nagħżaq? Ma niflaħx. Nittallab? Nistħi. [Lq:16:4] Naf x'nagħmel, ħalli meta nitwarrab minn fuq din l-amministrazzjoni, nsib lil ħaddieħor li jilqagħni għandu.' [Lq:16:5] U wieħed wieħed bagħat għal dawk li kellhom jagħtu lil sidu. 'Kemm għandek tagħtih lil sidi?' staqsa lill-ewwel wieħed. [Lq:16:6] 'Mitt barmil żejt,' wieġbu dak. 'Oħroġ il-karti tiegħek,' qallu l-amministratur, 'oqgħod bilqiegħda malajr u ikteb ħamsin.' [Lq:16:7] Lil ieħor staqsieh, 'U int, kemm għandek tagħti?' 'Mitt xkora qamħ,' wieġbu. Qallu, 'Oħroġ il-karti tiegħek u ikteb tmenin.' [Lq:16:8] U s-sid faħħru lil dak l-amministratur ħażin talli ħadem b'rasu. Għax ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl ma' min hu tal-qatgħa tagħhom.