00:49
ros-ann
881
Lk 9:18-22 -- Peter Declares That Jesus Is the Messiah.... - Pietru jistqarr il-fidi f'Ġesù... FRIDAY GOSPEL OF WEEK 25 IN ORDINARY TIME --- Evanġelju Inti l-Messija ta' Alla. Jeħtieġ li Bin il-bniedem …Aktar
Lk 9:18-22 -- Peter Declares That Jesus Is the Messiah.... - Pietru jistqarr il-fidi f'Ġesù...

FRIDAY GOSPEL OF WEEK 25 IN ORDINARY TIME ---

Evanġelju
Inti l-Messija ta' Alla. Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna.
Lq 9, 18-22

Qari mill-Evanħelju skont San Luqa

[Lq:9:18] Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: "Min jgħidu n-nies li jien?" [Lq:9:19] Huma weġbuh u qalulu: "Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta' l-imgħoddi."

[Lq:9:20] Qalilhom: "Imma intom min tgħidu li jien?" Qabeż Pietru u qallu: "Inti l-Messija ta' Alla."

[Lq:9:21] Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b'dan. [Lq:9:22] U qalilhom: "Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.