TV Fatima
126

L-EWWEL SIBTIJIET TAX-XAHAR

L-EWWEL SIBTIJIET TAX-XAHAR Meta Luċija kienet postulanta mas-Sorijiet ta’ Santa Dorotea fil-kunvent ta’ Pontevedra fi Spanja, dehritilha il-Madonna fl-10 ta’ Diċembru 1925. Il-Verġni Imqaddsa dehret …Aktar
L-EWWEL SIBTIJIET TAX-XAHAR
Meta Luċija kienet postulanta mas-Sorijiet ta’ Santa Dorotea fil-kunvent ta’ Pontevedra fi Spanja, dehritilha il-Madonna fl-10 ta’ Diċembru 1925.
Il-Verġni Imqaddsa dehret lil Luċija, u maġenbha, merfugħ fuq sħaba mdawwla, kien hemm tfajjel. Il-Verġni Imqaddsa serrħet idha fuq spallet Luċija, filwaqt li wrietha qalb imdawwra bix-xewk, li kienet iżżomm f’idha l-oħra. Fl-istess waqt, it-Tfajjel qal:
Aqsam it-tbatija mal-Qalb ta’ l-Omm imqaddsa tiegħek, miksija bix-xewk, li bihom in-nies ingrati jinfduha kull waqt, u m’hemm ħadd li jagħmel xi att ta’ tpattija biex ineħħihom.”
Imbagħad il-Verġni imqaddsa qalet: “Ħares, binti, lejn Qalbi, imdawwra bix-xewk li bihom in-nies ingrati jinfduni kull waqt bid-dagħa u l-ingratitudni tagħhom. Int għallinqas ipprova farraġni u għid li jiena nwiegħed li ngħin, waqt is-siegħa tal-mewt, bil-grazzji meħtieġa għas-salvazzjoni, lil dawk kollha li, bil-fehma li jagħmlu tpattija għalija, fl-EWWEL SIBT ta’ ħames xhur wara xulxinAktar