ros-ann
572
INNU TA' FATIMA - L-AVE MARIJA TA' FATIMA - HDEJN FATIMA DEHRET L-OMM TAGHNA MARIJA... (mill ktieb Għanjiet il-Ġemgħa paġna 147 - Innu Ta' Fatima) Ħdejn Fatima dehret l-Omm tagħna Marija, Liċ-ċkejkna …Aktar
INNU TA' FATIMA - L-AVE MARIJA TA' FATIMA - HDEJN FATIMA DEHRET L-OMM TAGHNA MARIJA...
(mill ktieb Għanjiet il-Ġemgħa paġna 147 - Innu Ta' Fatima)
Ħdejn Fatima dehret l-Omm tagħna Marija,
Liċ-ċkejkna tliet rgħajja, tfal safja w għaqlija.
Rit: Ave, Ave, Ave Marija x2
“Sinjura Żagħżugħa” imdawra bid-dija,
Bil-ġmiel u bil-ħlewwa tas-sema mogħnija. Rit:
Ilbiesha bajdani, jgħattilha riġlejha, Kuruna sabiħa, imdendla f’idejha. Rit: “Min fejn inti ġejja?”, staqsietek Luċija : “Is-Sema pajjiżi”, weġibt, o Marija. Rit: Għidtilhom jitolbu għall-midneb, għall-ħati Biex jibdel fis ħajtu, u le jmur ibati. Rit: Dik qalbek urejthom bil-grazzja mimlija Bl-imrar u bin-niket, tal-ħżiena mifnija. Rit: Int ridthom ibatu, sabiex ipattulek Għal dik il-moħqrija li l-kiefra jagħmlulek. Rit: Kastigi tal-biża’, dhert Int biex tħabbrilna, Li mħabba ħtijietna, ilkoll jistħoqqilna. Rit: B’dan ridt fina tqanqal mibegħda għall-ħtija, Li magħha ġġib fuqna hemm, biki w tbatija. Rit: Imbierek Missierna li tam’ oħra tana, …Aktar