Gloria.tv And Coronavirus: Huge Amount Of Traffic, Standstill in Donations
Clicks41

Yr C -- Corpus Christi -- Lk 9:11b-17 -- Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù, Solennità

ros-ann
Evanġelju Kulħadd kiel u xaba’. Lq 9, 11b-17 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:9:11b] qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta' Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-…More
Evanġelju
Kulħadd kiel u xaba’.
Lq 9, 11b-17

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:9:11b] qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta' Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. [Lq:9:12] Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: "Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f'post imwarrab."

[Lq:9:13] Iżda hu qalilhom: "Agħtuhom intom x'jieklu." Qalulu: "Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!"

[Lq:9:14] Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: "Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin." [Lq:9:15] Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.

[Lq:9:16] Mbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa' għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewwluhom lin-nies. [Lq:9:17] U kulħadd kiel u xaba' u l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.