01:00
ros-ann
95
Mk 8:14-21 -- The Yeast of the Pharisees and Herod - Il-ħmira tal-Fariżej u ta' Erodi. TUESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME Evanġelju Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi. Mk 8…Aktar
Mk 8:14-21 -- The Yeast of the Pharisees and Herod - Il-ħmira tal-Fariżej u ta' Erodi.

TUESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi.
Mk 8, 14-21

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, id-dixxipli [Mk:8:14] nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. [Mk:8:15] Ġesù wissiehom u qalilhom: "Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta' Erodi!" [Mk:8:16] Huma bdew jgħidu bejniethom: "Dan għax m'għandniex ħobż."

[Mk:8:17] Ġesù induna u qalilhom: "X'intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż. Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? X'ebusija ta' ras għandkom? [Mk:8:18] Għandkom għajnejn u ma tarawx? Għandkom widnejn u ma tisimgħux? Ma tiftakrux [Mk:8:19] meta qassamt il-ħames ħobżiet bejn il-ħamest elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu mimlija bil-bċejjeċ li kien fadal?" Qalulu: "Tnax." [Mk:8:20] "Meta qassamt is-seba' ħobżiet bejn l-erbat elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu bil-bċejjeċ li kien fadal?" Qalulu: "Sebgħa." [Mk:8:21] "U għadkom ma fhimtux?" qalilhom.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.