Gloria.tv And Coronavirus: Huge Amount Of Traffic, Standstill in Donations
Clicks39

Lk 11:1-13 -- "How to pray - Itolbu u jingħatalkom."

ros-ann
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 17 IN ORDINARY TIME. Evanġelju Itolbu u jingħatalkom. Lq 11, 1-13 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa [Lq:11:1] Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa …More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 17 IN ORDINARY TIME.
Evanġelju
Itolbu u jingħatalkom.
Lq 11, 1-13

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:11:1] Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: "Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu." [Lq:11:2] U qalilhom: "Meta titolbu, għidu,
'Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek.
[Lq:11:3] Ħobżna ta' kuljum agħtina kuljum.
[Lq:11:4] U aħfrilna dnubietna,
għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib.' "

[Lq:11:5] Qalilhom ukoll: "Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f'nofs ta' lejl u jgħidlu, 'Ħabib, islifni tliet ħobżiet, [Lq:11:6] għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x'nagħtih.' [Lq:11:7] U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, 'Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.' [Lq:11:8] Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu. U jiena ngħidilkom: [Lq:11:9] Itolbu u jingħatalkom, fittxu u ssibu, ħabbtu u jiftħulkom. [Lq:11:10] Għax min jitlob, jaqla'; min ifittex, isib; u min iħabbat, jiftħulu. [Lq:11:11] Min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? [Lq:11:12] Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun? [Lq:11:13] Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar il-Missier mis-smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu!"

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.