ros-ann
829
00:58
MAY 9 - Feast of St Ġorġ (George) Preca, Maltese Priest - PROPER GOSPEL: Mk 16:14a.15-20 9 ta’ Mejju - San Ġorġ Preca, Saċerdot, Festa Evanġelju Mk 16, 14a. 15-20 Qari mill-Evanġelju skont San Mark. …Aktar
MAY 9 - Feast of St Ġorġ (George) Preca, Maltese Priest - PROPER GOSPEL: Mk 16:14a.15-20
9 ta’ Mejju - San Ġorġ Preca, Saċerdot, Festa
Evanġelju
Mk 16, 14a. 15-20
Qari mill-Evanġelju skont San Mark.
[Mk:16:14] Fl-aħħar wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, [Mk:16:15] U qalilhom: "Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. [Mk:16:16] Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. [Mk:16:17] U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f'ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b'ilsna ġodda, [Mk:16:18] jaqbdu s-sriep b'idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu."
[Mk:16:19] U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella' fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta' Alla. [Mk:16:20] Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu.
--- Aktar