00:33
ros-ann
48

Mk 12:41-44 -- This poor widow has put in more than all - L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd.

IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 32 IN ORDINARY TIME - Alternative Gospel to Mk 12, 38-44 Evanġelju L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd. Mk 12, 41-44 Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak …More
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 32 IN ORDINARY TIME - Alternative Gospel to Mk 12, 38-44
Evanġelju
L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd.
Mk 12, 41-44
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, Ġesù [Mk:12:41] kien qiegħed fit-tempju biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor. Bosta għonja bdew jitfgħu ħafna. [Mk:12:42] Resqet waħda armla fqira u tefgħet biċċtejn żgħar, jiġifieri xi żewġ ċenteżmi.
[Mk:12:43] Hu sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Tassew ngħidilkom, li din l-armla fqira tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor. [Mk:12:44] Għax dawk kollha tefgħu miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet kull ma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix."
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .