01:24
ros-ann
32

Lk 6:17.20-26 -- Happy are you who are poor, who are hungry, who weep - Henjin intom li għalissa ..…

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME Evanġelju Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, ħażin għalikom, intom l-għonja. Lq 6, 17.20-26 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien,…More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, ħażin għalikom, intom l-għonja.
Lq 6, 17.20-26
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:6:17] niżel mat-Tnax u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon.
[Lq:6:20] Ġesù rafa' għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:
Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t'Alla. [Lq:6:21] Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. [Lq:6:22] Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina. [Lq:6:23] Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijiethom il-profeti. [Lq:6:24] Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadt…More