ros-ann
83
00:49
Lk 17:5-10 -- Say, 'We are merely servants' - Kieku kellkom fidi. IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME Evanġelju Kieku kellkom fidi. Lq 17, 5-10 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak …Aktar
Lk 17:5-10 -- Say, 'We are merely servants' - Kieku kellkom fidi.
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Kieku kellkom fidi.
Lq 17, 5-10
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, [Lq:17:5] L-appostli qalu lill-Mulej: "Kattar fina l-fidi." [Lq:17:6] Weġibhom il-Mulej: "Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut, 'Inqala' u mur tħawwel fil-baħar,' u hi kienet tisma' minnkom.
[Lq:17:7] "Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x'se jgħidlu? 'Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel'? [Lq:17:8] jew, 'Lestili x'niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int?' [Lq:17:9] Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? [Lq:17:10] Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kull ma tkunu ordnati, għidu, 'Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu.' " Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .