01:48
ros-ann
11

Lk 9:28b-36 -- Jesus is transfigured before them - Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT Evanġelju Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet. Lq 9, 28b-36 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, [Lk:9:28b] Ġesù ħa miegħu lil Piet…More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT
Evanġelju
Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.
Lq 9, 28b-36
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, [Lk:9:28b] Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. [Lk:9:29] U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.
[Lk:9:30] U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, [Lk:9:31] li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. [Lk:9:32] Pietru u sħabu kienu mejtin bin-ngħas, imma baqgħu mqajmin sewwa, u raw il-glorja tiegħu u ż-żewġt irġiel li kienu miegħu. [Lk:9:33] Xħin dawn it-tnejn kienu se jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija”. Ma kienx jaf x’inhu jgħid.
[Lk:9:34] Waqt li kien qiegħed jgħid dan, ġiet sħaba u għattiethom u huma beżgħu kif daħlu fis-sħaba. [Lk:9:35] U … More