03:43
lawgen123
565
Xi Tridni Nagħmillek? – Li tersaq lejja. It-Tieni Ħadd tas-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin …Aktar
Xi Tridni Nagħmillek? – Li tersaq lejja.

It-Tieni Ħadd tas-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, l-intimita’ miegħek togħġobni il-ħajja ħdejk tentużjażmani il-ħbiberija miegħek nixtieqha tassew. Imma nħossni wisq ‘il bogħod minnek wisq iebes biex niċċaqlaq mnejn jien wisq tqil biex nasal sa ħdejk. Inħossok wisq aqwa minni, Mulej, wisq perfett għalija wisq qaddis. B’dal-mod, Mulej, id-distanza se tibqa’ dik li hi se nibqgħu bogħod minn xulxin se nibqa’ fejn jien: medjokri biered indifferenti. Imma le, Mulej! Id-distanza li ma nistax nirbaħ jien tista’ tirbaħha int: jekk tieħu l-inizjattiva int jekk tiċċaqlaq int jekk tersaq lejja int. Ma nixtieqx niskomodak, Mulej. Imma jekk ma tibdiex int, nibqa’ paralizzat wieqaf demoralizzat. Ersaq lejja kif ersaqt lejn Ġwanni li ma kienx jafek lejn l-għomja li ma setgħux jarawk lejn il-mifluġ li ma setax jinżel fl-ilma. Int, Mulej, il-Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja li tneħħi l-barrieri li jifirduna minnek li tneħħi l-ostakli li jfixkluna. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li tersaq lejja li tħenn għalija li tagħder dgħufiti. Jekk tersaq lejja, Mulej, u niskoprik mill-qrib żgur ma nkunx irrid nitilqek nitilfek nitbiegħed minnek mill-ġdid. Mill-viċin wisq, Mulej.