04:50
lawgen123
198
Li nroddlok il-frott fi żmienu. Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa …Aktar
Li nroddlok il-frott fi żmienu.

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Din tal-frott kienet kważi fissazzjoni f’moħħok, Mulej. Ritornell li daqqejtulna kemm-il darba: diversi varjazzjonijiet fuq l-istess tema. Daqqa ssemmi t-talenti u l-interessi. Daqqa tisħet it-tina selvaġġa … u tagħtiha sena oħra Daqqa ġġib ix-xbiha tad-dielja. Int tikkurana b’kull mod, Mulej. U ssaffina biex nagħmlu iżjed frott imma tqaċċatna jekk ninqatgħu minnek jekk insiru friegħi niexfa jekk ma nipproduċu xejn. Int taf mingħajrek, xejn ma niswew, Mulej. Imma fik li ssaħħaħna nistgħu kollox. Allura mingħandna trid frott abbundanti bnin fi żmienu. Bir-raġun iċċanfarna, Mulej, li wara li ilek daż-żmien kollu magħna għadna m’għarafnikx: ma ntbaħniex li f’dal-qasam int sid aħrax li taħsad fejn ma żrajtx u tiġbor fejn ma xerridtx. Mulej, għall-imħabba li ilek turini għall-attenzjoni li dejjem tagħtini għaż-żmien li ilek tislifni bir-raġun tippretendi li nagħtik riżultati li nirrendilek b’mod adekwat li ssib xi ħaġa f’idejk mingħandi. Investejt wisq fija biex tibqa’ newtrali indifferenti distakkat. Lanqas jixraqlek li naħlilek ġidek, Mulej. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li nroddlok il-frott fi żmienu. Aħfirli, Mulej, għaż-żmien li tlift għat-talenti li ħlejt għall-keded li nagħti lill-art fejn ħawwiltni. Għinni nimmatura. Għinni nħaddem imħabbtek miegħi. Għini ma niddiżappuntakx iktar. Ġa għadda ħafna żmien, Mulej.