04:02
lawgen123
627
Li nħoss qalbi mħeġġa. Ħadd il-Għid. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq …Aktar
Li nħoss qalbi mħeġġa.

Ħadd il-Għid. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Għandi wisq x’jgħajjini, Mulej, xi jbaxxili l-ispirtu x’jaqtagħli qalbi. Is-soltu drajtu wisq. Il-ġdid ibeżżagħni. Inħossni spiss mitluq bla enerġija bla entużjażmu. Lilek inħossok ‘il bogħod wisq, Mulej. Diffiċli nilmħek tiġbidli l-attenzjoni Nippretendik preżenti b’mod ċar bla ma tħallili dubji b’mod li tikkonvinċini. Ili nistennik ħafna, Mulej, imma ġa għadda wisq żmien. Kwazi qtajt qalbi għal kollox. Ftit jgħaddili minn rasi, Mulej, li inti m’inti xejn bogħod minni; m’ilek xejn ma tipprova tikkomunika miegħi; qrib tiegħi ħafna. L-iżball tiegħi hu li nippretendik tidhirli fil-forma li rrid jien: qawwi glorjuż setgħani. Waqt li int tippreżenta ruħek quddiemi fis-sempliċita’ fin-normalita’ fit-triq: fil-kuraġġ li jagħmluli ħbiebi fil-ħafna tajjeb li hawn madwari fis-sinjali fqar ta’ sagramenti għonja. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li nħoss qalbi mħeġġa billi nilmħek fit-tagħlim inħossok fil-Knisja niċċelebrak fit-talb. Kultant idhirli ftit iktar ċar, Mulej, imqar erġa’ għib: ….. ħalli tittemprali l-fidi u l-entużjażmu tkattarli t-tama u l-kuraġġ tħeġġiġni fl-imħabba u fl-impenn.