01:49
ros-ann
134
Mt 25:31-40 -- The Judgment of the Nations - Kemm għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi. - JANUARY 22 - ST PUBLIUS, Prince/First Bishop of Malta - NOVEMBER 12 - ST MARTIN …Aktar
Mt 25:31-40 -- The Judgment of the Nations - Kemm għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.

- JANUARY 22 - ST PUBLIUS, Prince/First Bishop of Malta
- NOVEMBER 12 - ST MARTIN OF TOURS, BISHOP
- NOVEMBER 17 - ST ELIZABETH OF HUNGARY, Princess/Religious [Third Order of St Francis] - (one of the alternative Gospels)

EVANĠELJU
Kemm għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.
Mt 25, 31-40

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal qal lid-dixxipli tiegħu: [Mt:25:31] "Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, mbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. [Mt:25:32] U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: [Mt:25:33] in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. [Mt:25:34] Mbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu, 'Ejjew, mberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja. [Mt:25:35] Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, [Mt:25:36] kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.' [Mt:25:37] Mbagħad iweġbuh il-ġusti, 'Mulej', jgħidulu, 'meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik, jew bil-għatx u sqejnik ? [Mt:25:38] Meta rajnik barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? [Mt:25:39] Meta rajnik marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?' [Mt:25:40] U s-Sultan iweġibhom u jgħid, 'Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.'

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.

.