Clicks538

Mt 1:1-16. 18-23 -- The Genealogy & Birth of Jesus Christ - In-Nisel u t-tnissil ta' Ġesù Kristu

ros-ann
SEPTEMBER 8 - THE PROPER GOSPEL FOR THE FEAST OF THE NATIVITY OF THE BLESSED VIRGIN MARY - It-Twelid Tal-Verġni Mqaddsa Marija - Alternative Gospel --- Mt 1:18-23 -- How Jesus Christ came to be …More
SEPTEMBER 8 - THE PROPER GOSPEL FOR THE FEAST OF THE NATIVITY OF THE BLESSED VIRGIN MARY - It-Twelid Tal-Verġni Mqaddsa Marija - Alternative Gospel --- Mt 1:18-23 -- How Jesus Christ came to be born - It-tnissil ta' Ġesù Kristu sar hekk ---

Evanġelju
Mt 1: 1-16. 18-23

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew.

[Mt:1:1] Ktieb in-nisel ta' Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. [Mt:1:2] Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, [Mt:1:3] Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, [Mt:1:4] Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, [Mt:1:5] Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse.

[Mt:1:6] Ġesse nissel lis-sultan David. David nissel lil Salamun mill-mara ta' Urija, [Mt:1:7] Salamun nissel lil Robogħam, Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa, [Mt:1:8] Asa nissel lil Ġosafat, Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija, [Mt:1:9] Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħaż nissel lil Ħeżekija, [Mt:1:10] Ħeżekija nissel lil Manassi, Manassi nissel lil Amon, Amon nissel lil Ġosija, [Mt:1:11] Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu; kien żmien l-eżilju f'Babel

[Mt:1:12] Wara l-eżilju f'Babel, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel, [Mt:1:13] Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim, Eljakim nissel lil Ażor, [Mt:1:14] Ażor nissel lil Sadok, Sadok nissel lil Akim, Akim nissel lil Eliħud, [Mt:1:15] Eliħud nissel lil Elgħazar, Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb, [Mt:1:16] Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta' Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu Kristu.

[Mt:1:18] It-tnissil ta' Ġesù Kristu sar hekk: Ommu Marija, wara li tgħarrset ma' Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:19] Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. [Mt:1:20] Wara li qatagħha li jagħmel hekk, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: "Ġużeppi, bin David, la tibżax tilqa’ għandek lil Marija b’martek, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:21] Hi jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom. "

[Mt:1:22] Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: [Mt:1:23] 'Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El', Li bi lsienna jfisser 'Alla magħna'.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.

.