lawgen123
664
03:53
Li naqdi lilek biss. L-Ewwel Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
Li naqdi lilek biss.
L-Ewwel Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Proprjament ma nħobb naqdi lil ħadd, Mulej. Nippreferixxi nkun iċ-ċentru li s-servizz jagħtuh lili niddetta u nikkmanda. Anki miegħek, Mulej, nipprova nilgħabha tas-suġġeritur tal-bravu tal-kbir. Anki t-talb tiegħi, Mulej, jipprova jġib lilek għall-qadi tiegħi: malajr eżatt kif ngħidlek jien. Kemm kemm ma rridekx jien ukoll tinxteħet quddiemi tagħti qima lix-xewqat tiegħi lill-ideat tiegħi lill-pjani tiegħi. Jien, il-qaddej li ma niswa għalxejn! Miegħek, li ġejt biex taqdi flok biex tkun moqdi minkejja li int l-Imgħallem u l-Mulej! Veru wiċċi joqgħodli, Mulej. Veru tissaportini. Kemm nixtieq naqleb l-ordni, Mulej! Kemm jien żbaljat arroganti prużuntuż miegħek! Nixtieq nistmak bħala l-Mulej, Alla Sidi. Irrid numilja ruħi …Aktar