04:41
lawgen123
608
Li tinqeda bil-ħmara u l-felu tiegħi. Ħadd il-Palm. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed …Aktar
Li tinqeda bil-ħmara u l-felu tiegħi.

Ħadd il-Palm. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Jien waħdi fil-folla x’niswa’, Mulej? Imma int, bil-folla quddiemek u warajk tagħmel id-differenza kollha: il-folla ssir komunita’ poplu festa u ċelebrazzjoni. Kemm nixtieq, Mulej, li l-folla tiskoprik li l-massa ddaħħlek f’nofsha li tiġbed l-attenzjoni ta’ kulħadd! Imma jien x’nista’ nagħmel, Mulej? Inħossni insinjifikanti quddiem soċjeta’ tant vasta. Waħdi naqta’ qalbi. Imma jien minix waħdi, Mulej. Għandi lilek. U int tista’ kollox. Int meta offrewlek maxtura fdejt id-dinja. Meta pprovdulek ftit ħobż u ħut, tmajt l-eluf. Meta wrewk ftit fidi, fejjaqt mard serju mexxejt fuq il-baħar qajjimt mill-mewt. F’idejk, Mulej, il-ftit jitkattar u jsir infinita’ Mulej, persważ li tħobb l-umilta’ kieku ma wżajtx ħmara u felu għall-festa tiegħek. Imma għalik ebda mezz m’hu kbir biżżejjed ebda mezz m’hu żgħir iżżejjed. Int m’għandek bżonn ħadd u bżonn xejn. Sadattant ħallejtilna spazju żgħir ħafna fil-Passjoni tiegħek biex nimlewh aħna għall-fidwa tad-dinja. Il-ftit tiegħi tridu. Il-ftit tiegħi tippretendih …..u jissorprendini. Mulej, jekk illum tistaqsini xi rridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li tinqeda bil-ħmara u l-felu tiegħi ….. li tajthomli int! Ma rridx inżommhom għalija. Ma rridx inċaħħdek minnhom. Ma rridx infixkel tant ġid li tista’ tagħmel bihom int. Għallimni niskopri x’nista’ noffrilek, Mulej, x’nista’ nqiegħed għall-użu tiegek għat-tifħir tiegħek. Kull m’għandi ħudu, Mulej, jekk jiswiek.