lawgen123
178
04:03
Li ma tħallinix waħdi. Is-Sitt Ħadd tal-Għid. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
Li ma tħallinix waħdi.
Is-Sitt Ħadd tal-Għid. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. L-esperjenza ta’ orfni għaddejt minnha int ukoll, Mulej. Dak li kien il-missier tiegħek fuq din l-art li tant ħabbek tant ipproteġiek u fittxek għallmek ir-reliġjon u s-sengħa, f’xi mument sparixxa mill-ħajja tiegħek għalkemm in-nies baqgħu jorbtuk miegħu. Min jaf kemm ħassejt in-nuqass tiegħu u kemm semmejtu f’qalbek u forsi ma’l-oħrajn fit-tieġ ta’ Kana fejn ommok kienet mistiedna; meta ommok ġiet tittawwal fejn kont qed tippriedka; fuq il-Kalvarju fejn ommok kienet wieqfa, ta’ mara! Sakemm dam ħaj, dejjem dehru flimkien, hu u hi, maġenbek. Żgur ma kienx se jħallik tbati waħdek. Żgur ħassejt in-nuqqas ta’ preżenza tiegħu f’mument bħal dak. Żgur apprezzajt it-tbatija ta’ l-iltiema iktar u iktar meta ħassejtek abbandunat …Aktar