01:01
ros-ann
227
Mt 18:1-5, 10 -- Greatest in the Kingdom of Heaven - L-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet - 2 Ott. OCTOBER 2nd - Memorial of the Holy Guardian Angels - L-Anġli Kustodji Mqaddsa – Tifkira Obbligatorja …Aktar
Mt 18:1-5, 10 -- Greatest in the Kingdom of Heaven - L-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet - 2 Ott.

OCTOBER 2nd - Memorial of the Holy Guardian Angels - L-Anġli Kustodji Mqaddsa – Tifkira Obbligatorja
Evanġelju
L-anġli tagħhom fis-sema dejjem jaraw wiċċ il-Missier
Mt 18: 1-5.10

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien: [Mt:18:1] Resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: "Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?" [Mt:18:2] Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f'nofshom [Mt:18:3] u qalilhom,"Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

[Mt:18:4] U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.

[Mt:18:5] U kull min jilqa' tfajjel bħal dan minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili. [Mt:18:10] "Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar; għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.

.