ros-ann
93
01:42
Mk 10: 2-16 -- Divorce / Little Children and Jesus - Id divorzju / Ġesù jbierek it-tfal. IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME (short form --- Mark 10:2-12 -- Divorce - Id-divorzju --- ) …Aktar
Mk 10: 2-16 -- Divorce / Little Children and Jesus - Id divorzju / Ġesù jbierek it-tfal.
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME
(short form --- Mark 10:2-12 -- Divorce - Id-divorzju --- )
Evanġelju
Dak li għaqqad Alla, ma għandux jifirdu l-bniedem
Mk 10, 2-16
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F'dak iż-żmien, [Mk:10:2] Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. [Mk:10:3] Weġibhom u qal: "X'ordnalkom Mosè?" [Mk:10:4] Qalulu: "Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha. "[Mk:10:5] Mbagħad weġibhom Ġesù: "Minħabba l-ebusija ta' qalbkom kitbilkom dan l-ordni. [Mk:10:6] Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara. [Mk:10:7] Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu, [Mk:10:8] u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. [Mk:10:9] Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem. " [Mk:10:10] Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu …Aktar