lawgen123
177
03:44
Li nbiddel il-Fehma u mmur. Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-…Aktar
Li nbiddel il-Fehma u mmur.
Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, inħoss li f’ħajti għad hemm diversi oqsma fejn għadni ngħidlek bil-pulit: “Ma rridx”; fejn għadni ngħidlek: “ma tidħolx”; fejn għadni ngħidlek: “ma tindaħalx”. Inti tifhimni, Mulej. Tifhem l-atteġġjamenti tiegħi it-tiġbid tiegħi l-iskużi tiegħi. Tifhem anki r-risposti indiretti, Mulej. Kemm nixtieq inbiddel fehmti! Kemm nixtieq ma mmerik f’xejn ma niddiżappuntak f’xejn ma niċħadlek ebda talba! Lanqas nixtieq ngħidlek iva biex nagħlaqlek ħalqek biex naqtagħha għad-dritt biex naqta’ figura … imbagħad nagħmel fattija. Lilek ma tantx jimpressjonak min jgħajjatlek “Mulej, Mulej”, u jagħmel ta’ rasu. Lanqas min ifaħħrek u jsebbħek imma qalbu bogħod minnek. Mulej, itfagħli dawl qawwi fuq l-oqsma …Aktar