01:47
ros-ann
747
Lk 16:19-31 -- The Rich Man and Lazarus - Il-parabbola ta' l-għani u Lazzru. THURSDAY GOSPEL OF WK 2 OF LENT --- IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 26 IN ORDINARY TIME --- Evanġelju Lazzru, il-ħażin …Aktar
Lk 16:19-31 -- The Rich Man and Lazarus - Il-parabbola ta' l-għani u Lazzru.

THURSDAY GOSPEL OF WK 2 OF LENT ---
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 26 IN ORDINARY TIME ---

Evanġelju
Lazzru, il-ħażin irċevieh f’ħajtu, issa hu qiegħed jitfarraġ.
Lq 16, 19-31

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: [Lq:16:19] "Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. [Lq:16:20] U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta' daru, [Lq:16:21] bix-xewqa li jixba' b'dak li jaqa' mill-mejda ta' l-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu.

[Lq:16:22] Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham. Mbagħad miet ukoll l-għani, u difnuh. [Lq:16:23] Dan, kif sab ruħu fi tbatijiet ħorox f'Art l-Imwiet, rafa' ħarstu, u mill-bogħod lemaħ lil Abraham, b'Lazzru fi ħdanu. [Lq:16:24] U għolla leħnu u qallu, 'Missier Abraham, ikollok ħniena minni u ibgħat lil Lazzru jbill tarf sebgħu fl-ilma ħa jtaffili n-nixfa li għandi fi lsieni, għax qiegħed ninħaqar wisq f'dan in-nar.'

[Lq:16:25] Qallu Abraham: 'Ibni, ftakar li t-tajjeb tiegħek irċevejtu f'ħajtek; hekk ukoll Lazzru, il-ħażin irċevieh f'ħajtu. Imma issa hu hawnhekk qiegħed jitfarraġ, waqt li inti qiegħed tbati. [Lq:16:26] Barra minn dan, hemm vojt bla qjies bejnkom u bejnna, biex min ikun irid jaqsam minn hawn għal għandkom ma jkunx jista', u anqas ma jgħaddu minn hemm għal għandna.'

[Lq:16:27] Qallu l-għani, 'Mela nitolbok, missier, ibagħtu f'dar missieri, [Lq:16:28] għax għandi ħames aħwa, ħalli jagħmlilhom twissija kif imiss, li ma jmorrux huma wkoll jiġu f'dan il-post ta' tbatijiet ħorox!' [Lq:16:29] Qallu Abraham, 'Għandhom lil Mosè u l-Profeti; jisimgħu lilhom.' [Lq:16:30] 'Le, missier Abraham,' qallu dak, 'imma jekk imur għandhom xi ħadd mill-imwiet, jindmu.' [Lq:16:31] Iżda wieġbu Abraham, 'Jekk ma jisimgħux lil Mosè u l-Profeti, anqas jekk iqum xi ħadd mill-imwiet ma jemmnu.' "

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.
.