03:54
lawgen123
201
Li ngħix bik. Il-Ġisem u d-Demm għażiż tal-Mulej. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
Li ngħix bik.

Il-Ġisem u d-Demm għażiż tal-Mulej. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Illum, Mulej, hawn ħafna attenzjoni fuq l-ikel. Hawn ħafna edukazzjoni. Mhux kulħadd jiekol kollox. Mhux kollox tajjeb għal kulħadd. Illum niżnu nagħżlu nevitaw u nnaqsu. Ħadd ma jrid jismen iżżejjed. Ħadd ma jrid jimrad b’kapriċċ. Allura naqraw nistaqsu nitrażżnu. Mulej, kieku nuru interess fik, daqskemm ħafna juru f’dal-qasam kieku żgur titjieb sew il-kwalità tal-ħajja tagħna tal-Knisja tas-soċjetà. Għax int Mulej sirt għalina l-ħobż ħaj li niżel mis-sema il-ħobż għall-ħajja tad-dinja il-ħobż tal-ħajja ta’ dejjem Mulej għadna ma ndunajniex li mhux biss bil-ħobż li naħmu aħna ngħixu tajjeb. Dak jinteressak ukoll tipprovdihulna anki b’abbundanza. Imma xejn ma jaqta’ l-ġuħ bħalek. Kemm nixtieq, Mulej, li ruħi tixxennaq għalik li nissaħħaħ biss fik li jikbirli l-aptit tiegħek. Tħallinix nintilef f’ikel li jxebba’ bla ma jsaħħaħ. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li ngħix bik li nduq biex nara kemm inti tajjeb li ma ngħaddix mingħajrek. Ikel ieħor, Mulej, jista’ jissodisfani għal ftit. Imma fit-tul ixebbagħni żgur jagħmilli ħażin iqabbadni iżjed ġuħ. Int biss, Mulej, il-ħobż ta’ ħajja vera.