01:03
ros-ann
186
Mt 10:37-42 -- ... Rewards - Min ma jerfax salibu, ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili. IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 13 IN ORDINARY TIME Evanġelju Min ma jerfax salibu …Aktar
Mt 10:37-42 -- ... Rewards - Min ma jerfax salibu, ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili.

IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 13 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Min ma jerfax salibu, ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min jilqa’ lilkom ikun jilqa’ lili.
Mt 10, 37-42

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: [Mt:10:37] Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi. [Mt:10:38] U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi. [Mt:10:39] Min isib lil ħajtu, jitlifha; u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha.

[Mt:10:40] "Min jilqa' lilkom jilqa' lili, u min jilqa' lili jkun jilqa' lil dak li bagħatni. [Mt:10:41] Min jilqa' profeta għax hu profeta, ħlas ta' profeta jieħu; u min jilqa' bniedem ġust għax hu ġust, ħlas ta' wieħed ġust jieħu. [Mt:10:42] U kull min jagħti mqar tazza ilma frisk lil xi ħadd minn dawn l-iżgħar għax hu dixxiplu, tassew ngħidilkom li ma jitlifx il-ħlas tiegħu."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.