00:47
ros-ann
205
Lk 9:46-50 -- "The least among you all is the greatest - Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir." MONDAY GOSPEL OF WEEK 26 IN ORDINARY TIME Evanġelju Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir. …Aktar
Lk 9:46-50 -- "The least among you all is the greatest - Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir."

MONDAY GOSPEL OF WEEK 26 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir.
Lq 9, 46--50

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F'dak iż-żmien, [Lq:9:46] Qamet kwistjoni bejniethom dwar min kien l-akbar fosthom. [Lq:9:47] Ġesù għaraf x'kellhom f'moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, [Lq:9:48] u qalilhom: "Min jilqa' lil dan it-tifel żgħir minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili; u min jilqa' lili, ikun jilqa' lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir."

[Lq:9:49] Qabeż Ġwanni u qallu: "Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f'ismek, u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna." [Lq:9:50] Imma Ġesù qallu: "La żżommuhx, għax min mhuwiex kontra tagħkom, huwa magħkom."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.