Clicks38

Lk 9:28b-36 -- Jesus is transfigured before them - Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.

ros-ann
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT - AUGUST 6 - alternative Gospel - The Transfiguration of The Lord - It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej Evanġelju Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet. …More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT
- AUGUST 6 - alternative Gospel - The Transfiguration of The Lord - It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej
Evanġelju
Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.
Lq 9, 28b-36

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lk:9:28b] Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. [Lk:9:29] U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.

[Lk:9:30] U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, [Lk:9:31] li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. [Lk:9:32] Pietru u sħabu kienu mejtin bin-ngħas, imma baqgħu mqajmin sewwa, u raw il-glorja tiegħu u ż-żewġt irġiel li kienu miegħu. [Lk:9:33] Xħin dawn it-tnejn kienu se jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija”. Ma kienx jaf x’inhu jgħid.

[Lk:9:34] Waqt li kien qiegħed jgħid dan, ġiet sħaba u għattiethom u huma beżgħu kif daħlu fis-sħaba. [Lk:9:35] U minn ġos-sħaba nstama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-maħtur, lilu isimgħu!”. [Lk:9:36] Malli nstama’ l-leħen Ġesù sab ruħu waħdu. Huma żammew is-skiet, u għal dawk il-jiem ma qalu xejn lil ħadd minn dak li kienu raw.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.