01:06
ros-ann
731
Lk 5:12-16 -- Jesus Heals a Man With Leprosy - Minnufih il-lebbra marritlu. FRIDAY GOSPEL AFTER EPIPHANY --- 'If you want to, you can cure me' --- Evanġelju Minnufih il-lebbra marritlu. Lq 5, 12-16 Qari …Aktar
Lk 5:12-16 -- Jesus Heals a Man With Leprosy - Minnufih il-lebbra marritlu.

FRIDAY GOSPEL AFTER EPIPHANY
--- 'If you want to, you can cure me' ---
Evanġelju
Minnufih il-lebbra marritlu.
Lq 5, 12-16

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:5:12] Darba Ġesù kien qiegħed f'belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: "Mulej, jekk trid, tista' tfejjaqni." [Lq:5:13] Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: "Iva, irrid; kun imfejjaq," u minnufih il-lebbra marritlu. [Lq:5:14] Ġesù widdbu u qallu: "Qis li ma tgħid xejn lil ħadd. Iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek, kif ordna Mosè, biex hekk tagħtihom xhieda li inti fiqt." [Lq:5:15] Il-fama tiegħu bdiet aktar tixtered, u folol kbar ta' nies kienu jmorru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. [Lq:5:16] Iżda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jinġabar fit-talb.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.