Li ma nħabbilx rasi żżejjed.
It-Tmien Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, int żgur ma tberikx l-għażż il-bluha it-traskuraġni. Anzi nagħmlek tapprezza l-ħsieb fil-bogħod l-ippjanar ir-riflessjoni. Imma liema ħsieb tiegħi jista’ jwassal daqs tiegħek, Mulej? Liema pjan tiegħi jista’ jiżboq il-viżjoni tiegħek? Liema riflessjoni tista’ tlaħħaq mad-disinji tiegħek? Għalhekk, Mulej, l-għaqal tiegħi għandu jwassalni biex nagħraf inżewwaq flimkien il-ħidma tiegħi mat-talb lilek l-inizjattiva tiegħi mal-fidi fik it-tħabrik tiegħi mal-għajnuna tiegħek. Veru, Mulej, li ħallejt ftit spazju fil-passjoni tiegħek biex nimlih jien- verita’ inkredibbli; imma veru wkoll li mingħajrek ma nista’ nagħmel xejn – lanqas nimla dak il-vojt. Tajjeb li neżamina ruħi regolarment, Mulej. Tajjeb li niddiskuti u nfassal u nipproġetta. Imma finalment int tiddisponi. Mulej, kemm nista’ niffranka ansjeta’ tensjoni qtiegħ il-qalb kieku nafda iżjed fik bis-serjeta’ kieku nfittex qabel kollox is-Saltna tiegħek kieku nħalli ħidmieti fl-idejn għaqlin tiegħek! Ikkwetani, Mulej. Agħtini l-paċi tal-qalb. Għallimni nwettaq kull ma nista’ b’kalma waqt li nħalli f’idejk ir-riżultati finali. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li ma nħabbilx rasi żżejjed li nservik bla ansjeta’ li naħdem għalik bla periklu. Anki jekk għada jimmarka maltemp. Anki jekk il-futur ma jidhirx sabiħ. Anki jekk kollox jindika nkwiet. Meta trid, Mulej, taf tikkalma t-tempesti. Imbagħad niskanta kemm inkun esaġerajt.