03:57
lawgen123
605
Li nħossni sew ħdejk. It-Tieni Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
Li nħossni sew ħdejk.

It-Tieni Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Imma kullimkien u dejjem! Ma kontx trid tkun wisq għaqli, Mulej, biex tixtieq tibqa’ ħdejk f’mument bħal dak tat-Tabor. L-elementi ta’ festa jogħġbu ‘l kulħadd. Alla fa ċli u sabiħ Hu attraenti. Konsoltazzjonijiet spiritwali jentużjażmawk. Imma t-Tabor ma twalitx għal dejjem, Mulej. Int u nieżel minn fuq il-muntanja tal-glorja Lil ħbiebek kellimthom fuq mewtek li kellha tkun segwita mill-qawmien. Slaleb u tbatija. Sebħ u kobor. Ritmu li ma jaqtax ta’ Tabor u Kalvarju. U min irid jimxi warajk, Mulej, irid jidħol f’dar-ritmu ta’ esperjenzi. Basta ħdejk. Basta bħalek. Basta miegħek. Ħdejk dejjem sew, Mulej. Bħalek dejjem fit-triq it-tajba. Miegħek dejjem korrett. Tħallinix nagħżlek biss fil-faċli, Mulej, fl-artab fid-devot. Tħallinix inħossok biss f’ambjenti reliġjużi magħluqa protetti imma wkoll fl-ambjenti miftuħa tad-dinja l-kbira fil-qasam tax-xogħol fit-tbatija tal-aħwa. Nixtieq inkun miegħek, tkun fejn tkun. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irrid tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li nħossni sew ħdejk anki fid-deżert tat-tentazzjonijiet anki fil-qilla tal-kalvarju. it-Tabor u l-Qawmien jaslu wkoll. U wara dan ir-ritmu ta’ esperjenzi miegħek hawn nittama li nħossni sew ħdejk għal dejjem fi ħdan il-Missier.