03:48
lawgen123
196
Li nieħu fuqi l-madmad tiegħek. L-Erbatax-il Ħadd tas-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed …Aktar
Li nieħu fuqi l-madmad tiegħek.

L-Erbatax-il Ħadd tas-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Li kien għalik, Mulej, ma tgħabbina b’ebda piż. Taf sew li ma ġejniex maħluqa biex nerfgħu biex inġorru biex inbatu imma biex nammiraw biex niggustaw biex ingawdu. Konna aħna, Mulej, li għabbejna fuq spallejna il-konfużjoni il-kontaminazzjoni ta’ kollox il-firdiet bejn kulħadd. Bl-għażliet żbaljati tal-bidu konfermati mill-iżbalji ġodda tagħna lkoll. Imma int, Mulej, ħennejt għalina erfajt fuqek il-mard tagħna tgħabbejt bin-niket tagħna. Kont miġruħ minħabba fi dnubietna. Kont misħuq minħabba fi ħżunitna. U s-slaleb tagħna saru s-salib tiegħek bik miexi bih quddiemna. Il-madmad tagħna sar il-madmad tiegħek u sar piż sopportabbli toqol maniġġabbli madmad fejjiedi. Basta nħalluh il-madmad tiegħek Mulej. Basta ma nżidulux il-preokkupazzjonijiet esaġerati tagħna. Basta ma ntaqqlux il-problemi ta’ xulxin. Miegħek nasal sa l-aħħar, Mulej. Ħdejk insib il-mistrieħ l-enerġija l-aptit li nkompli minkejja kollox. Mulej, jekk illum tistaqsini x’ irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li nieħu fuqi l-madmad tiegħek li għabbejtlek jien li fdejt int għalija. Għinni nerfgħu, Mulej. Tħallinix naqta’ qalbi meta mħabbat u mtaqqal. Ħdejk insib il-kuraġġ l-ispirazzjoni it-tama.