01:03
ros-ann
586
Lk 9:18-24 -- Peter Declares That Jesus Is the Messiah - Pietru jistqarr il-fidi f'Ġesù. SUNDAY GOSPEL OF WEEK 12 IN ORDINARY TIME - IN YEAR C --- Pietru jistqarr il-fidi f'Ġesù (Mt 16, 13-20 ; Mk 8…Aktar
Lk 9:18-24 -- Peter Declares That Jesus Is the Messiah - Pietru jistqarr il-fidi f'Ġesù.

SUNDAY GOSPEL OF WEEK 12 IN ORDINARY TIME - IN YEAR C ---

Pietru jistqarr il-fidi f'Ġesù
(Mt 16, 13-20 ; Mk 8, 27-39)

[Lq:9:18] Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: "Min jgħidu n-nies li jien?" [Lq:9:19] Huma weġbuh u qalulu: "Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta' l-imgħoddi." [Lq:9:20] Qalilhom: "Imma intom min tgħidu li jien?" Qabeż Pietru u qallu: "Inti l-Messija ta' Alla."

L-ewwel taħbira tal-mewt u tal-qawmien
(Mt 16, 20-28 ; Mk 8, 30-9, 1)
[Lq:9:21] Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b'dan. [Lq:9:22] U qalilhom: "Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum." [Lq:9:23] Darba qal lil kulħadd: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu kuljum, u jimxi warajja. [Lq:9:24] Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha.

.