00:58
ros-ann
458
Jn 6:44-51 -- Jesus the Bread of life - Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. --- I am the living bread which has come down from heaven --- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 3 OF EASTERTIDE --- Evanġelju …Aktar
Jn 6:44-51 -- Jesus the Bread of life - Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema.

--- I am the living bread which has come down from heaven ---

THURSDAY GOSPEL OF WEEK 3 OF EASTERTIDE ---

Evanġelju
Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema.
Ġw 6, 44-51

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: [Ġw:6:44] Ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:45] Hemm miktub fil-Profeti, 'U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.' Mela kull min jisma' lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. [Ġw:6:46] Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. [Ġw:6:47] Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:6:48] Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. [Ġw:6:49] Missirijietkom kielu l-manna fid-deżert, u mietu; [Ġw:6:50] dan hu l-ħobż nieżel mis-sema, biex min jiekol minnu ma jmutx. [Ġw:6:51] Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.