03:35
lawgen123
639
Li terġa' tagħtini l-imluħa. Il-Ħames Ħadd tas-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed …Aktar
Li terġa' tagħtini l-imluħa.

Il-Ħames Ħadd tas-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Int ħallejtli f’idejja responsabbiltajiet kbar, Mulej. Meta nħares lura nintebaħ li bdejt ħafna entużjażmu ħafna attenzjoni ħafna rieda tajba kważi skruplu kważi fanatiżmu kważi esaġerazzjoni. Imma ż-żmien, Mulej, naqqas ħafna ħeġġa waqqa’ ħafna lostru berred ħafna ħerqa. F’ħafna każi sirt niffunzjona biss dħalt f’ritmu bla riflessjoni qed naħdem bla ma nixhed. Id-dinja ma tgħinnix wisq, Mulej, tipprova ddaħħalni fl-ingranaġġ tagħha tagħmilli pressjoni biex nirraġuna bħalha. U jien spiss inċedi għaliha spiss nakkomodaha spiss nitlef l-ispeċjalita’ li tajtni int. Mulej, biex ninqala’ minn dis-sitwazzjoni minn rajja nista’ nagħmel ftit li xejn. Sirt tajjeb biex nintefa’ barra u niġi mirfus. Int biss tista’ ġġeddidni, Mulej, biex nerġa’ nsir melħ ta’ l-art dawl tad-dinja xhieda ħajja tiegħek fost kulħadd. Mingħajrek naċċetta l-medjokrita’ nikkuntenta bix-xejn insir bla sens u bla siwi veru. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li terġa’ tagħtini mluħiti li tqanqal fija spirtu ġdid qawmien konvint enerġija fejjieda. Għinni, Mulej, inkun xhud fidil u umli tiegħek; naqsam ma’ l-oħrajn l-għana li tajt lili; ngħin lill-oħrajn ifaħħru lilek. Ġedded fija l-konvinzjoni u l-entużjażmu, Mulej.