01:20
ros-ann
745
Jn 17:20-26 - Jesus Prays for All Believers - Biex isiru ħaġa waħda għalkollox. - THURSDAY GOSPEL OF WEEK 7 OF EASTER -- - IN YEAR C - ALTERNATIVE SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 OF EASTER - When the Solemnity …Aktar
Jn 17:20-26 - Jesus Prays for All Believers - Biex isiru ħaġa waħda għalkollox.

- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 7 OF EASTER --
- IN YEAR C - ALTERNATIVE SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 OF EASTER - When the Solemnity of The Ascension of The Lord is celebrated on Sunday of week 7 of Easter
- IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 7 OF EASTER - When the Solemnity of The Ascension of The Lord is not celebrated on Sunday of week 7 of Easter

Evanġelju
Biex isiru ħaġa waħda għalkollox.
Ġw 17, 20-26

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: [Ġw:17:20] "M'iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; [Ġw:17:21] nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni. [Ġw:17:22] Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: [Ġw:17:23] jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili.

[Ġw:17:24] Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu huma wkoll miegħi fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tiegħi, il-glorja li tajtni int, għaliex int ħabbejtni sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja. [Ġw:17:25] Missier ġust, tassew li d-dinja ma għarfitekx, imma jien għaraftek, u dawn għarfu li inti bgħattni. [Ġw:17:26] U jiena għarrafthom ismek u għad ngħarrafhulhom iżjed, biex l-imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jiena fihom."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.