00:47
ros-ann
1574
Lk 21:12-19 -- (Persecution) - Kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx. WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 34 IN ORDINARY TIME --- Evanġelju Kulħadd isir jobgħodkom …Aktar
Lk 21:12-19 -- (Persecution) - Kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx.

WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 34 IN ORDINARY TIME ---

Evanġelju
Kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx.
Lq 21, 12-19

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:21:12] Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Jixħtu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f'idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f'ismi. [Lq:21:13] Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. [Lq:21:14] U żommu sewwa f'moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, [Lq:21:15] għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista' jiqaflu jew imerih. [Lq:21:16] U jittradukom saħansitra l-ġenituri tagħkom u ħutkom u qrabatkom u ħbiebkom, u lil xi wħud minnkom joqtluhom, [Lq:21:17] u kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi. [Lq:21:18] Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx. [Lq:21:19] Jekk tibqgħu sħaħ sa l-aħħar issalvaw ħajjitkom!

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.
DonaldSpitz
Very good